Personal Information
Organization / Workplace
Ħal Luqa, Malta
Occupation
Għalliema tal-Malti
Website
About
Nofs ras, kultant. Kultant ras sħiħa. Kaxxa ġenn. Nofs kaxxa ġenn. In-nofs l-ieħor, mimli kuluri. Sploduti. Bla nifs. Jew bi ftit. Basta jservini biex nasal sat-tmiem. Ħajti mimlija daqs bajda. Anzi aktar. Ħafna aktar minn bajda. Għax dik nofsha kolesterol u n-nofs l-ieħor bla togħma. U ġejja mill-annimali. U jien ftit iktar minn veġetarjana. Spazjata...il-kelma fuq fommi. Kultant tiżloqli bla ma naf u kultant insibni naħseb u naħseb u naħseb biex insibha. Persuna tal-mija fil-mija. Kultant, kważi. Skont...(bit-'t' mhux bid-'d'!) Jew sew jew xejn. Mix-xejn, noħloq. Quddiem il-ħolqien, nixxejjen.
Users being followed by Leanne Ellul